Kulur Strutturali

Fountain Sketchsmal
© SGI 2014

Ħalli jkun hemm il-kulur

Max kien qed ibati fis-skiet hekk kif akkumpanja lil Lily f'wieħed mill-aktar distretti popolari f'Barċellona. Lily min-naħa l-oħra, kienet ferħana ser ittir. Kienet qed tmiss tessuti, tipprova kuluri u f'moħħha tikkalkula kemm l-aktar li tista' tonfoq. 

"Taħseb li nistgħu nitilqu issa u nipprovaw nagħmlu xi ħaġa aktar... xjentifika?" Max qal b'vuċi għajjiena. Lily waqfet imma mhux minħabba Max. Hi baqgħet iffriżata quddiem ħanut, tiċċassa lejn libsa fit-tieqa. "Din hi" qalet u ġriet 'il ġewwa. Max ħares lejn it-tieqa u ffriża. "Le!" huwa gedwed u mar jiġri warajja.

Lily kienet qed takkarezza libsa li kienet tixbaħ pagun. Max qaleb għajnejh u staqsieha x'kien hemm daqshekk speċjali dwar dik il-libsa.

"Inti ridt tagħmel xi ħaġa aktar rilevanti għax-xjenza, mhux hekk?" Lily staqsiet. Max kien konfuż. "Ma kontx qed infisser bijoloġija avjanja" huwa rnexxilu jgħid. Lily daħqet. "Dan hu kulur strutturali ta' teknoloġija għolja!"  hi kkoreġietu, ħallset għal-libsa u ħalliet il-ħanut, iżżommha bħala premju.  

Huma poġġew fit-tarf tal-funtana u Max staqsa għal ftit aktar kjarifikazzjoni. Lily bdiet billi qaltlu li ħafna sekli ilu, Issac Newton u Robert Hooke ssuġġerew li r-rix tal-pagun huma ta’ kulur blu u aħdar minħabba l-istruttura tagħhom. Il‑  morfoloġija tal-wiċċ jagħmel id-dawl jirrifletti b'tali mod li aħna narawhom kkuluriti, filwaqt li fir-realtà huma ppigmentati kannella b'melanin. 

"F'dan il-każ id-dawl jaġixxi bħal mewġa" Lily qalet u tefgħet iċ-ċagħka rqiqa ġol-funtana. Iċ-ċagħka ġagħlet mewġa ċirkolari tinfirex. Imbagħad Lily tefgħet tliet ċagħkiet flimkien. Kollha ħolqu mewġ li rreaġixxew wieħed mal‑ieħor.  F'xi punti, il-mewġ meta ngħaddu flimkien amplifikaw lil kull wieħed minnhom filwaqt li f'xi punti, il-mewġ ikkanċellaw lil xulxin.  

"Din hi l-interferenza tal-mewġ - Nafu dan il-fenomenu" Max esklama.  

Il-wiċċ tal-materjal li l-libsa hija magħmula minn, kif ukoll ir-rix tal-pagun, jikkonsistu minn linji paralleli.  Din il-mikrostruttura tirrifletti d-dawl f'angoli differenti. B'dan il-mod, kuluri differenti jidhru f'angoli differenti.

"Għidli jekk jogħġbok li din għandha aktar applikazzjonijiet milli fi ħwejjeġ" interrompa Max.

“Dan hu haute coutre!" Lily pprotestat. "U iva, hemm bosta applikazzjonijiet. Uċuh li jipprovdu kuluri radjanti imma wkoll kamuflaġ superfiċjali grazzi għal materjal bijomimetiku.  Minbarra hekk ... ħġieġ b'riflettenza baxxa ... jew swiċis ottiċi effiċjenti". Lil Max din għoġbitu u għamel sinjal b'rasu li jaqbel, sodisfatt. 

"Din l-istruttura tippermettilna nikkontrollaw id-dawl fuq skala nanometrika. Hekk tiġi magħmula l-ologramma tas-sigurta fuq il-karta tal-kreditu tiegħek! Immaġina superfiċji antiriflettivi għal fotovoltajiċi supereffiċjenti! Immaġina ċipep, ċipep ottiċi li jużaw id-dawl minflok l-elettriku. Huma jġorru d-dejta ferm aktar malajr". Ikkonkludiet Lily.

"Taf xiex? Wara dan kollu, m'hiniex nara l-libsa tal-pagun daqshekk terribbli aktar" Max qal ferħan, jipprova jgħaddi kumpliment. Lily tagħtu ħarsa kerha imma ma setgħetx tirreżisti żżid li mhux il-paguni biss għandhom din il-karatteristika speċjali. Il-friefet, tipi oħra ta' tjur bħal qerd in-naħal u makaws jikkondividu strutturi simili. U b'dan, qamet, ħabbret li sar il-ħin biex imorru lura lejn il-ħwienet!