Desalinazzjoni tal-ilma

Waterdesalination2
© SGI 2014

Ċar Kristall

"Jekk jogħpbok iġġibli ftit ilma?" Lily staqsiet lil Max, tilgħab ma xagħar għajnejha b'mod ħelu. Madanakollu Max kien qed jistrieħ fuq dahru, jieħu pjaċir bix-xemx sħuna u ma riedx jiċċaqlaq. Lily insistiet, u reġgħet staqsietu. Hu qam u wrieha l-baħar sabiħ, mingħajr tmiem hemm quddiemhom.  "Hemm sejrin. Ogħdos u ħu l-ilma kollu li trid int". Imbagħad, poġġa ftit aktar krema tax-xemx ekstra fuqu, kompla bil-poża inizjali tiegħu. 

"Max! Ridt ngħid xi ftit ilma biex nixrob!" Lily kjarifikat. “Ma nistax nixrob ilma baħar. Tridni nimrad?"

"Mhux ser timrad, xi ftit alluċinazzjonijiet u mbagħad xi ftit ħsara lill-moħħ. Aħjar ma tixrobx wisq minnu" huwa wieġeb bil-vuċi l-aktar ħelwa tiegħu.

Lily fehmet li kienet tilfet il-każ tagħha, qamet, poġġiet il-kappell tagħha fuq rasha biex tipproteġi lilha nnifisha mix-xemx Griega u erħiet lejn il-kjosk. Xtrat ftit ilma u ġiet lura. Max raha u qam bilqiegħda dritt, jistennieha.  Meta resqet, kien diżappuntat. "Ma ġibtli xejn?"

Lily petpet għajnejha. "M'intix tara l-Mediterran quddiemmek? Ġib ftit ilma minn hekk jekk tixtieq",weġbitu.

"Dak ma jkunx effiċjenti, taf" Max beda, deċiż li jerġa' jqanqal mill‑ġdid wieħed mis-suġġetti favoriti tiegħu. "Sabiex tixrob l-ilma baħar, jeħtieġ li niddesalinawh, li mhu effiċjenti xejn. L-enerġija għalih tqum wisq"

"Skużani: inti qed tgħix lura fis-seklu 21? Meta d-desalinazzjoni tal-ilma ma' kienet effiċjenti xejn għall-enerġija" Lily qalet tgħaddieh biż-żmien. "Illum parti kbira mill-popolazzjoni ikollha tixrob ilma purifikat u desalinat".

Max qam, lest jiftaħ fuq lekċer appassjonata. Id-desalinazzjoni tal-ilma, hu beda, huwa ħafna aktar għali milli ġġib ilma minn xmajjar, jew ilma ġieri jew saħansitra ilma riċiklabbli.  Madanakollu, minħabba li ħafna persuni mhumiex kapaċi jaċessaw sorsi tal-ilma frisk fil-passat, ix-xjentisti kellhom ifittxu fejn l-ilma li jista' jittieħed għax-xorb kien f'abbundanza: fil-baħar. 

Permezz ta' membrani, ix-xjentisti kienu qed jiffiltraw l-ilma għal ħafna ħin. Il‑membrani kollha huma bażikament materjali b'ħofor żgħar li jimblokkaw l‑partiċelli akbar filwaqt li jippermettu dawk iżgħar biex jgħaddu. Jekk it-toqob ikunu ċkejknin biżżejjed jistgħu jippermettu l-molekuli tal-ilma jgħaddu u jżommu dak kollu li jibqa' barra. Dan il-metodu kien kapaċi wkoll jissepara l‑partiċelli tossiċi mill-ilma. Imma kien mod għali kif tmexxi d-desalinazzjoni.

It-togħlija tal-ilma mielaħ u l-ġbir tal-fwar kien metodu ieħor użat biex jissepara l-melħ u l-inkwinamenti l-oħra. Imma dan ukoll kien ineffiċjenti.

Lily xorbot ftit aktar ilma mill-flixkun tagħha u staqsietu jekk kienx jaf li l‑bniedem uman hux magħmul minn aktar minn 70% ilma.  Max ma fehemx fejn kienet sejra bil-mistoqsija tagħha u waqqaf jitkellem għall-mument.

Lily qaltlu li għal darba oħra n-natura diġà sabet soluzzjoni għall-problema minn qabel.  Membrani bijomimetiċi! Il-bniedem, l-annimali u l-pjanti huma magħmulin minn ċelloli. Il-parti ta' barra ta' kull ċellola hija membrana. U f'diversi ċelloli ta' annimali u pjanti differenti, dawn il-membrani fihom tip speċjali ta' proteina li tissejjaħ akwaporin.

L-ilma jista' jgħaddi malajr minn ġo membrana ċellulari grazzi għall‑akwaporini, filwaqt li molekuli oħra ma jistgħux. L-akwaporini, silettivament jingħaqdu mal-molekuli tal-ilma sabiex iħalluhom jgħaddu. Dan it-tip ta' trasport bl-ilma huwa effiċjenti ħafna u ġie użat biex jitjiebu l-membrani tal-ilma u jitnaqqsu l-ispejjeż operattivi u tal-enerġija.

Max kien impressjonat u bil-għatx ukoll. Huwa kkumplimentha u pprova jieħu l‑flixkun minn idha fl-istess waqt wkoll. Lily kienet aktar żvelta minnu imma.

"Jekk inti tixtieq tixrob l-ilma, inti jew ser ikollok timxi sal-kjosk tixtri ftit jew tibda n-negozju ta' desalinazzjoni personali tiegħek hawn, fuq il-gżira sabiħa ta' Kreta. Ċar?  staqsietu.